Menu Arrow Home Menu Arrow Contact Menu Arrow Sitemap
 
  The President of Malta Official Website
 
The President of Malta
spacer
spacer
 
Spacer
Menu Arrow

The President of Malta

Menu Seperator
Menu Arrow

The Presidents

Menu Seperator
Menu Arrow

The Constitution of Malta

Menu Seperator
Menu Arrow

The Role of the President

Menu Seperator
Menu Arrow

Staff at the Office of The President

Menu Seperator
Menu Arrow

Freedom of Information

Spacer
Spacer
Spacer
Menu Arrow

The Republic of Malta

Menu Seperator
Menu Arrow

National Symbols

Menu Seperator
Menu Arrow

National Anthem

Menu Seperator
Menu Arrow

Virtual Tours

Menu Seperator
Menu Arrow

Ambassadors’ Room

Menu Seperator
Menu Arrow

Tapestry Chamber

Menu Seperator
Menu Arrow

Throne Room

Menu Seperator
Menu Arrow

Pages Room

Menu Seperator
Menu Arrow

The Presidential Palaces

Menu Seperator
Menu Arrow

The Palace, Valletta

Menu Seperator
Menu Arrow

San Anton Palace

Menu Seperator
Menu Arrow

Verdala Palace

Menu Seperator
Menu Arrow

Timeline of the History of Malta

Spacer
Spacer
Spacer
Menu Arrow

The Malta Community Chest Fund

Spacer
Menu Arrow

Il-Premju tal-President għall-Kreattività

Spacer
Menu Arrow

Il-Premju tal-President għall-Volontarjat

Spacer
Spacer
Spacer
Home : Speeches : Sette Giugno (Ghoti tal-Medalji) 2009

Sette Giugno (Ghoti tal-Medalji) 2009

Onorevoli Prim Ministru,
Onorevoli Kap ta’ l-Oppożizzjoni,
Eċċellenzi,
Sinjuri,

Ninsab onorat li qed nippresiedi din iċ-ċerimonja fejn mhux biss qed infakkru l-ġrajjiet li sawru l-mixja Kostituzzjonali ta’ pajjiżna, imma qed nagħtu ġieħ u nuru l-apprezzament tagħna lil seba’ persuni li ħadmu qatiegħ, fid-diversi pożizzjonijiet li okkupaw, fl-interess u għall-ġid tal-poplu Malti.

Is-sebgħa ta’ Ġunju 1919 u l-ewwel ta’ Novembru 1921.  Żewġ appuntamenti ma l-istorja.  Waħda ma teżistix mingħajr l-oħra.  Is-sebgħa ta’ Ġunju 1919, jew kif inhu magħruf is-Sette Giugno, kien il-jum li xegħel ix-xrara lejn sistema ta’ demokrazija parlamentari  f’pajjiżna ħielsa mix-xkiel tal-barrani.  Kien jum li ssiġilla d-destin tal-poplu Malti.  Kien ukoll jum ta’ dieqa meta demm Malti nxtered fit-toroq tal-Belt.  Ma nistgħux ma nsellmux lill-erba’ eroj li mietu dakinhar u li isimhom jinsab imnaqqax b’ittri tad-deheb fl-istorja tagħna, Manuel Attard, Ġużeppi Bajada, Wenzu Dyer u Karmenu Abela. Lil qrabathom ngħidilhom, kunu kburin għax dak id-demm ma nxteridx għalxejn, serva biex dan in-nazzjon ikun verament ħieles u demokratiku.

L-ewwel ta’ Novembru 1921 kien ir-riżultat dirett ta’ dak li ġara fis-sebgħa ta’ Ġunju 1919. Kien jum li rrisponda għall-karba ta’ kunsiderazzjonijiet soċjo-politiċi. Dakinhar ġiet inawgurata l-Assembleja Leġislattiva taħt il-kostituzzjoni ta’ Self Government li tat lil Malta forma ta’ gvern responsabbli.  Dawn l-avvenimenti wassluna sal-21 ta’ Settembru 1964 meta Malta ħadet l-Indipendenza tagħha u għall-avvenimenti storiċi oħrajn li ġew wara, fosthom it-twaqqif ta’ Malta Repubblika fl-1974 u s-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropeja fl-2004.  Dan kien iż-żmien meta l-Maltin raw it-twelid ta’ l-ewwel movimenti politiċi li kellhom iħallu marka qawwija fl-iżvilupp politiku tal-Gżejjer tagħna. Insellmu lil dawk kollha li taw sehemhom dak iż-żmien kif ukoll lil dawk li ġew warajhom u li nisġu l-istorja moderna ta’ żminijietna. Il-Maltin huma kburin bikom.

Għaliex qed ngħid dan kollu?  Nixtieq naħseb li dawn il-ġrajjiet ma nfakkruhomx darba fis-sena, imma jakkumpanjawna tul is-sena kollha. Dak li għandna illum ma ksibniħx b’kumbinazzjoni.  Il-ġenerazzjoni żagħżugħa għanda tieħu nota ta’ dan kollu.  Huwa importanti u neċessarju li x-xogħol u s-sagrifiċċji li saru minn missierijietna fil-passat ma jiġix reċiprokat b’apatija u b’nuqqas ta’ interess.  

It-tifkiriet tal-passat tagħna għandhom jimlewna b’aktar impenn u kuraġġ biex nilqgħu għall-isfidi tal-preżent u tal-futur.  L-iżvilupp tas-soċjeta` Maltija jiddependi ħafna u huwa regolat minn dak kollu li jsir fil-Kamra tad-Deputati.  Ir-rappreżentanti tal-poplu Malti jistħoqilhom kull rispett u nkoraġġiment biex iwettqu xogħolhom bl-aħjar mod.  Fil-passat, saru appelli biex tissaħħaħ l-awtonomija tal-Parlament kif ukoll jitwaqqfu l-istrutturi u l-faċilitajiet meħtieġa ħalli l-Parlament Malti jaddotta ruħu għaż-żminijiet ta’ llum.  Ma nistax ma naqbilx ma dan.  Kif ma nistax ma naqbilx max-xogħol fejjiedi li nbeda mis-Select Committee li ġie mwaqqaf biex tissaħħaħ id-demokrazija f’pajjiżna.  Nappella u nawgura li dan ix-xogħol ikompli u naraw ir-riżultat fil-futur qarib.

Nagħlaq billi nifraħ lis-seba’ personalitajiet li ħa jirċievu l-midalja li tfakkar l-anniversarju mir-Re-introduzzjoni tal-Gvern Responsabbli fl-1921.  Il-President Emeritus Dott. Edward Fenech Adami, Dott. Anton Tabone, Dott. Antoine Mifsud Bonnici, Dott. John Attard Montalto, is-Sur Claude Muscat, Prof. Josef Bonnici u Dott. Joe Borg li lkoll kellhom sehem importanti fl-iżvilupp tal-ħajja politika, ekonomika u soċjali ta’ pajjiżna.

Nirringrazzjakom.

Disclaimer Footer Seperator Privacy Policy Footer Seperator Copyright Footer Seperator Accessibility Footer Seperator Help Footer Seperator Sitemap Footer Seperator Contact Us Footer Seperator Bookmark Site (Ctrl+D) Footer Seperator Home
 
GOV Logo Government of Malta
© The office of the Prime Minister
Developed by Alert Communications