Menu Arrow Home Menu Arrow Contact Menu Arrow Sitemap
 
  The President of Malta Official Website
 
The President of Malta
spacer
spacer
 
Spacer
Menu Arrow

The President of Malta

Menu Seperator
Menu Arrow

The Presidents

Menu Seperator
Menu Arrow

The Constitution of Malta

Menu Seperator
Menu Arrow

The Role of the President

Menu Seperator
Menu Arrow

Staff at the Office of The President

Menu Seperator
Menu Arrow

Freedom of Information

Spacer
Spacer
Spacer
Menu Arrow

The Republic of Malta

Menu Seperator
Menu Arrow

National Symbols

Menu Seperator
Menu Arrow

National Anthem

Menu Seperator
Menu Arrow

Virtual Tours

Menu Seperator
Menu Arrow

Ambassadors’ Room

Menu Seperator
Menu Arrow

Tapestry Chamber

Menu Seperator
Menu Arrow

Throne Room

Menu Seperator
Menu Arrow

Pages Room

Menu Seperator
Menu Arrow

The Presidential Palaces

Menu Seperator
Menu Arrow

The Palace, Valletta

Menu Seperator
Menu Arrow

San Anton Palace

Menu Seperator
Menu Arrow

Verdala Palace

Menu Seperator
Menu Arrow

Timeline of the History of Malta

Spacer
Spacer
Spacer
Menu Arrow

The Malta Community Chest Fund

Spacer
Menu Arrow

Il-Premju tal-President għall-Kreattività

Spacer
Menu Arrow

Il-Premju tal-President għall-Volontarjat

Spacer
Spacer
Spacer
Home : Speeches : Diskors Jum il-Haddiem - 30/04/2009

Diskors Jum il-Haddiem - 30/04/2009

Indirizz mill-E.T. Dott. George Abela, President ta’ Malta waqt riċeviment mogħti lill-Membri tal-Unions fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħaddiem.  Il-Ħamis 30 ta’ April 2009, fil-Palazz ta’ San Anton 

Sinjuri ħbieb tiegħi,

Nieħu gost nilqagħkom fost l-ewwel nies li ġejtu hawnhekk bħala mistednin tagħna.  Nieħu gost nilqagħkom, kemm individwalment, kif ukoll għal dak li tirrappreżentaw.

Għalija intom tirrapreżentaw id-dinja sħiħa tax-xogħol u b’hekk, lil Malta kollha.

Dan hu Jum il-Ħaddiem.  Dan hu Jum San Ġużepp Ħaddiem. 

Imma forsi wieħed jistaqsi x’hemm x’wieħed x’jiċċelebra f’Jum il-Ħaddiem fiċ-ċirkostanzi tal -lum?  Qegħdin fiż-żminijiet fejn is-sistema ekonomika globalment qed tgħaddi minn spażmi u reċessjonijiet li qed tħalli lill-investitur, l-azzjonist, dak li jaħdem għar-rasu u l-ħaddiem jaqilgħu daqqiet ta’ ħarta li forsi lanqas biss kienu ippreparati għalihom.  Pajjiżna m`huwiex ħieles minn dawn it-tempesti.

Pero` inħoss li huwa xorta waħda tajjeb li fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħaddiem niftakru fil-kisbiet li seħħew fid-dinja tax-xogħol.  Id-dritt li ma titkeċċiex għal xejn b’xejn mix-xogħol; id-dritt ta’ paga xierqa; id-dritt ta’ rappreżentanza u sħubija fit-trejdunjins jew f’għaqdiet koperattivi; id-diversi benefiċċji marbutin ma’ mard, maternita`, paternita`, irtirar.  Il-ftehim kollettiv li għandu s-saħħa ta’ liġi u kisbiet oħrajn li seħħew bil-pressjoni li l-ħaddiema stess wettqu matul is-snin direttament permezz tal-unjin tagħhom u indirettament permezz tal-partiti politiċi u gvernijiet li mexxew ‘l quddiem l-interessi tagħhom.

Dan ma jfissirx li qed ngħixu f’xi ġenna tal-art.  Niftakru f’dan il-jum f’dawk l-eluf ta` nisa, ħafna minnhom ommijiet li għadhom ma sabux il-mezz kif jistgħu jipparteċipaw aħjar fid-dinja tax-xogħol waqt li jkomplu jimpenjaw ruħhom fil-familji tagħhom.  Niftakru f’dawk il-ħaddiema li tilfu l-impjieg.  Niftakru f’dawk il-ħaddiema li qed jiġu sfruttati u f’dawk il-ħaddiema li korrew fuq il-post tax-xogħol u dawk li sfortunatament tilfu ħajjithom fuq il-post tax-xogħol.

Kollox ma’ kollox pero’ dan hu jum sabiħ f’kull kuntest li jitqies fih, kemm dak soċju-ekonomiku kif ukoll dak reliġjuż.

Fl-istess ħin hu jum li lili – ikolli nistqarr – qatt ma jonqos li jġibli miegħu ftit tad-diqa.

Ilni tul is-snin inħoss dieqa li dan il-jum hekk sabiħ, daqstant importanti, aktarx li jservi bħala jum ta’ element ta’ firda.

Minn ħafna snin kien – u sa ċertu punt, għadu – jissimbolizza firda fost dawk li għandhom x’jaqsmu mal-qasam tax-xogħol.

Bejn is-sidien u l-ħaddiema, minkejja li mingħajr iż-żwieg xieraq bejniethom ma jkunx hemm produzzjoni u provvista xierqa, bil-frott ekonomiku li dawn jagħtu ħalli jkun jista’ jinqasam fost kulħadd.

Saħansitra bl-iżjed mod stramb, dal-jum juri wkoll firda bejn dawk l-istess għaqdiet li jirrappreżentaw lill-ħaddiema, bejn it-trejdjunjins.

Minkejja li, jkunu fl-liema unjin ikunu, il-ħaddiema l-istess iridu jmiddu dirgħajhom u moħħhom għall-ħidma.

Mhux l-istess iridu jħabbtu ruħhom ma’ l-esiġenzi qodma u moderni tal-produzzjoni.

Mhux l-istess iridu jegħelbu l-istress li jġib miegħu kull impjieg, iridu jgħassu għat-theddid li jista’ jkun hemm għas-saħħa u s-sigurta’ fuq il-post tax-xogħol, theddid li l-forma tiegħu tinbidel skond il-kwalita’ tax-xogħol iżda li, xi ftit jew wisq, dejjem qiegħed hemm, jinbidlu kemm jinbidlu l-mezzi tal-produzzjoni.

Nistqarr magħkom li nara dawn il-forom ta’ firda bħala xi ħaġa ta’ l-ikbar ironija.

Għax il-firda hi l-oppost, il-kuntrarju, ta’ dak li għandu jfisser Jum il-Ħaddiem.

Jekk jissimbolizza xi ħaġa dan il-jum jissimbolizza l-għaqda.  U għalhekk naħseb li tifhmuni meta ngħidilkom li fid-diqa tiegħi jiena nsib faraġ minnha meta nwarrabha bi ħsieb ieħor sempliċi.

Ħsieb li nipproponih lilkom biex intom ukoll tikkunsidrawh u, nittama, taslu biex tilqgħuh. 

Jien naħseb fil-festi ta’ l-Ewwel ta’ Mejju bħala l-festi tal-għaqda.  U dak hu li jfisser għalija dan il-jum – huwa Jum il-Għaqda, xejn inqas u xejn iżjed. 

Għaqda bejn il-materjali u l-ispiritwali, għax jikkumplimentaw lil xulxin f’kollox.

Għaqda bejn is-sidien u l-ħaddiema, għax mingħajr xulxin m’huma xejn u bilfors li b’kooperazzjoni flimkien iridu jipproduċu prodotti u servizzi li mbgħad id-dħul minnhom irid jinqasam b’mod ġust għax inkella s-sistema tidħol fil-periklu li tikkrolla.

Għaqda fost ir-rappreżentanti tal-ħaddiema li – hi x’inhi l-kategorija li jirrapreżentaw u huma x’inhuma t-tattiċi li jużaw – dejjem u l-ħin kollu għandhom strateġija komuni – it-titjib fil-kundizzjonijiet ekonomiċi u fiżici tal-ħaddiema, il-ħarsien tal-postijiet tax-xogħol u t-tqassim ġust tad-dħul li jiġi miż-żwieġ bejn il-ħidma umana u l-għeġubijiet tat-teknoloġija u l-innovazzjoni.

Għaqda ikbar f’dan il-qasam milli jissimbolizza dan il-jum ma ngħidx li jista’ jkun hemm. 

Għalhekk nistedintkom bil-qalb biex flimkien, lejlet Jum il-Ħaddiem, niċċelebraw Jum il-Għaqda li – kif imfisser fl-Innu ta’ artna li ħallielna Dun Karm – għandu l-ħila jservi biex ikattrilna l-ġid u barka li lkoll neħtieġu u nixtiequ.  It-tama u x-xewqa tiegħi hi li fil-kriżijiet dinjija li għaddejjin minnhom u li lilna jistgħu u qegħdin jolqtuna tinħoloq xewqa komuni li tinbena kultura ġdida ta’ solidarjeta` u parteċipazzjoni responsabbli.

B’awguri ta’ għaqda, intennilkom il-merħba tiegħi.

 

Disclaimer Footer Seperator Privacy Policy Footer Seperator Copyright Footer Seperator Accessibility Footer Seperator Help Footer Seperator Sitemap Footer Seperator Contact Us Footer Seperator Bookmark Site (Ctrl+D) Footer Seperator Home
 
GOV Logo Government of Malta
© The office of the Prime Minister
Developed by Alert Communications