Menu Arrow Home Menu Arrow Contact Menu Arrow Sitemap
 
  The President of Malta Official Website
 
The President of Malta
spacer
spacer
 
Spacer
Menu Arrow

The President of Malta

Menu Seperator
Menu Arrow

The Presidents

Menu Seperator
Menu Arrow

The Constitution of Malta

Menu Seperator
Menu Arrow

The Role of the President

Menu Seperator
Menu Arrow

Staff at the Office of The President

Menu Seperator
Menu Arrow

Freedom of Information

Spacer
Spacer
Spacer
Menu Arrow

The Republic of Malta

Menu Seperator
Menu Arrow

National Symbols

Menu Seperator
Menu Arrow

National Anthem

Menu Seperator
Menu Arrow

Virtual Tours

Menu Seperator
Menu Arrow

Ambassadors’ Room

Menu Seperator
Menu Arrow

Tapestry Chamber

Menu Seperator
Menu Arrow

Throne Room

Menu Seperator
Menu Arrow

Pages Room

Menu Seperator
Menu Arrow

The Presidential Palaces

Menu Seperator
Menu Arrow

The Palace, Valletta

Menu Seperator
Menu Arrow

San Anton Palace

Menu Seperator
Menu Arrow

Verdala Palace

Menu Seperator
Menu Arrow

Timeline of the History of Malta

Spacer
Spacer
Spacer
Menu Arrow

The Malta Community Chest Fund

Spacer
Menu Arrow

Il-Premju tal-President għall-Kreattività

Spacer
Menu Arrow

Il-Premju tal-President għall-Volontarjat

Spacer
Spacer
Spacer
Home : Speeches : Diskors: Il-Futur_fil-Familja

Diskors: Il-Futur_fil-Familja

Onorevoli Ministru, Sinjuri distinti, it-tentazzjoni tgħidli ninjora dak li ġejt ippreparat għalih. Nistqarr magħkom, li nixtieq pjuttost nagħmel xi riflessjonijiet fuq dak li smajt u allura mhux fuq dak li ppreparajt.


Jiena naħseb irridu nkunu kuraġġużi, partikolarment il-leġislaturi tagħna, li naffrontaw id-domanda li poġġa l-Monsinjur Grech, li nagħtu definizzjoni ċara ta’ x’inhi l-familja u x’qed nifhmu bil-familja u forsi naħseb jekk tippermettuli, rridu ngħidu wkoll x’qed nifhmu biż-żwieġ, il-għaliex fil-ħsieb li għamel l-Isqof hu sosstna illi żwieġ veru hu fil-familja. Allura fl-opinjoni umli tiegħi naħseb li rridu nkunu ċari fuq iż-żewġ definizzjonijiet: x’qed nifhmu bi żwieġ u bil-familja għaliex ngħidu x’ngħidu li jrid isir dan il-pjan nazzjonali dwar il-familja, jekk ma nkunux ċari fil-kunċetti x’qed nifhmu bihom dawn, allura faċilment nitilfu l-fokus u l-messaġġi li jibdew joħorġu lejn is-soċjeta’ tagħna jkunu messaġġi illi jafu jkunu iktar iħawwdu milli jiċċaraw.

It-tieni ħsieb li nixtieq ngħid jitlob minnha kuraġġ, illi ma niddejjqu xejn ngħidu illi jekk nemmnu li fost l-aqwa valuri, l-aqwa valur huwa l-valur tal-familja u nemmen li għas-soċjeta’ tagħna dan hu l-aqwa valur, indipendentament minn xi jsir fl-Ewropa, jiena ngħid li dak għandu jkun il-valur li jiddistingwina minn pajjizi oħra fl-Ewropa u ma niddejjqu xejn li ngħidu li aħna pajjiżna huwa xempju ta’ kif u x’għandhom ikunu l-aħjar valuri li għandu jkun hawn fl-Ewropa.
Issemmew ukoll ir-realtajiet ta’ llum, dażgur, iż-żminijiet joħolqu realtajiet ġodda, u jidhirli wkoll, u rrid nikkongratulah lill-Monsinjur Isqof hawnhekk, illi f’panel, inkluż jien, li aħna sekulari, itrattah dan is-suġġett mill-aspett sekulari, mill-aspetti ċivili, legali etiku, u li jwassal dejjem għall-istess konklużżjoni.  Bir-rispett kollu lejn kulħadd, fl-opinjoni tiegħi, l-aħjar diskussjoni li trid ssir f’pajjiż bħal tagħna, li mhux konfessjonali, hu minn dan l-aspett biex nirbħu l-argument, u dan l-iktar argument li jien nemmen li jwassal li jikkonvinċi liċ-ċittadini Maltin u Għawdxin, illi ż-żwieg veru huwa fil-familja.

Meta nitilqu minn dawn il-ħsibijiet ċari f’moħħna, u nuru li nemmnuhom, imbagħad iridu jsiru l-istudji, isiru l-istudji, kif qal Dott. Carm Mifsud Bonnici,li fuq l-istatistika, fejn għamel distinzjoni netta ta’ x’inhi r-realta` meta neżaminaw l-istatistika.  Dan biex ma nparlawx in aria.  Ngħidu tkissir l-hawn u tkissir l-hemm fir-relazzjonijiet matrimonjali, iżda aħjar neżaminaw l-istatistika biex aħna naslu fil-konklużżjonijiet ta’ x’jgħodd għal pajjiżna, dik hi l-statistika li lilna tiddeterminalna liema triq il-leġislatur tagħna għandu jieħu u li ma jiddejjaqx li jieħu. Naturalment jitwieldu konsiderazzjonijiet oħrajn, li Monsinjur Grech, ħa nuża l-kelma forsi ftit iebsa miegħu, ikkonċeda anki, mill-aspett mhux konfessjonali, li hemm ħtiġijiet partikolari, kif semmiet l-Onor Marie Louise Coleiro Preca, realtajiet li twieldu, qed jitwieldu, illi jridu jiġu ndirizzati, u joħolqu ċertu obbligi u responsabiltajiet li jridu jiġu regolati.  U żgur li jridu jiġu regolati, imma dawn ir-relazzjonijiet għandhom jiġu ekwiparati? Meqjusa l-istess daqs li kieku ż-żwiġijiet, daqs li kieku huma familji.  Dak hu l-punt ċentrali li rridu nżommu f’moħħna, u ma niddejjqux ngħiduh.

Allura dan l-mpenn politiku għandu jsir, għandu jsir, u għandna nkunu miftuħin f’tolleranza li nisimgħu lil xulxin, dak is-sens li anki semmejt fid-diskors inawgurali tiegħi ta’ empatija, illi nifflu l-pożizzjonijiet ta’ xulxin u f’sens ta’ tolleranza lejn xulxin niflu x’inhi l-aħjar triq għas-soċjeta’ tagħna.  Insemmi wkoll kif amministrazzjonijiet ta’ gvernijiet differenti, indirizzaw realtajiet differenti li nqalgħu matul is-snin. Jien għadni kemm qrajt ir-rapport li ġentilment għaddieli l-Onor Edwin Vassallo, illi l-Kumitat għamel ta’ l-Affarijiet Soċjali fil-Parlament propju f’Marzu li għadda fejn ikkonkluda, anki minn studji oħrajn illi saru minn soċjoloġi Maltin, illi f’pajjiżna m’għandnix il-faqar assolut, m’għandnix dak il-faqar għall-grazzja t’Alla, pero imissu b’idejna faqar soċjali u mhux numru żgħir ta’ nies li huma milqutin minn faqar soċjali, nies li qegħdin fuq il-linja, jew viċin il-linja, jew taħt il-linja tal-poverta`. Minn statistika wkoll jirriżulta li hawn mas-57,000 ruħ, minn dawn in-nies pero’ jirriżulta wkoll mill-istudju li sar u milli fhimt jien, illi tfal li jitwieldu barra ż-żwieġ, huma l-iktar vulnerabbli u li huma milquta minn dan il-faqar soċjali. Mela dik wkoll għandha d-doqq il-qanpiena ta’ twissija għalina ta’ x’jixirqilhom verament it-tfal tagħna, li għandhom ikunu il-mimmi t’għajnejna fir-relazzjonijiet ta’ bejnietna.  Mhux fir-relazzjoni tal-mument, tal-gost u tal-pjaċir u llum ma’ din u l-għada ma’ l-oħra.  Relazzjoni trid tkun stabbli u serja għal-ġid tat-tfal.  Dan x’qed jirriżultalna mill-istatistika Maltija.  Dak li qed jirriżultalna, illi f’dawn ir-relazzjonijiet instabbli u ċioe mhux f’familja stabbli, it-tfal l-iktar li qegħdin ibatu, l-iktar li qegħdin fil-faqar.  Naturalment tisimgħu wkoll l-argument bil-kontra.  Illi mhux neċċessarjament bilfors, li dawn it-tfal li jitwieldu minn dawn ir-relazzjonijiet ta’ single parenthood mhux bilfors li jispiċċaw fil-faqar soċjali.  Imma l-istatistika turina li fil-maġġorparti huwa hekk. Allura dawn kollha huma indikaturi ta’ liema direzzjoni s-Soċjeta` Maltija, bir-responsabilta’ kbira li għandhom fuq spallejhom il-leġislatturi tagħna, nieħu gost nismagħhom it-tnejn għandhom iqegħdu quddiem għajnejhom.

Forsi nagħlaq fuq l-aħħar punt. Parti mid-diskors inawgurali tiegħi meta lħaqt President, kien illi pajjiż sod hu mibni fuq familji sodi.  U dak nibqa nsostnih, pajjiż sod hu mibni fuq familji sodi. U llum tajtuni din l-opportunita’, li minkejja l-karti li ktibt, warrabt kollox minn dak li ktibt, għaliex nebħuni il-ħsibijiet li twieldu minn dan id-dibattitu u li mill-faqar tiegħi ta’ moħħi wkoll, jien nixtieq ħafna li nikkontribwixxu. Għalkemm il-Presidenza dejjem għandha tkun kawta, attenta li ma tidħolx fi kwistjonijiet li għadhom qed jiġu dibattuti, pero` il-Presidenza attwali lanqas tixtieq li tkun muta.  U allura nagħlaq b’dan il-ħsieb, lest noffri wkoll illi mal-mixja taż-żmien, meta jimmaturaw ukoll id-diskussjonijiet li jridu jsiru, fejn għandhom isiru, qalb is-soċjeta’ ċivili, fi ħdan il-knisja, il-knisja wkoll għandha naturalment l-obbligu li tindirrizza wkoll din il-kwistjoni, fil-Parlament ma niddejjaq xejn wkoll, illi anki aħna minn naħa tagħna, inqajmu s-suġġett fl-aġenda tal-pajjiż, forsi f’seminar, f’forum, ħalli fis-serenita’ u l-kwiet naraw verament x’inhu ta’ ġid għall pajjiżna, pajjiż Ewropew illum li jrid iħares il-quddiem għal din is-soċjeta` inklużiva, għal din is-soċjeta` li nixtiqulha tant u tant ġid komuni. Grazzi ħafna.

 

Disclaimer Footer Seperator Privacy Policy Footer Seperator Copyright Footer Seperator Accessibility Footer Seperator Help Footer Seperator Sitemap Footer Seperator Contact Us Footer Seperator Bookmark Site (Ctrl+D) Footer Seperator Home
 
GOV Logo Government of Malta
© The office of the Prime Minister
Developed by Alert Communications